Iz-Zeffiena tal-Kerubini

978-99957-38-58-7
Paperback

In stock

Description

Il-Pigalle

“Mesdames et Messieurs, c’est le temps pour s’amuser,” smajt leħen ta’ mara ġej minn quddiemi. U smajt iċ-ċapċip. Mela kien hemm l-udjenza u jien kont parti minn spettaklu. Sakemm qagħdu għajnejja għal din ir-realtà stajt nilmaħ lil dik il-Bella li kienet ġiet iżżurni l-ewwel darba fil-kamra tal-lukanda fl-ewwel ftit sigħat tiegħi f’dil-btala misħuta. Kienet liebsa l-istess libsa tal-bizzilla, ġisimha mgħotti kollu b’dan id-drapp prezzjuż. Kienet qed iddur ċirku miegħi sa ma waqfet warajja, ġisimha jarmi dik ir-riħa qawwija ta’ fwieħa.

F’tebqa t’għajn ħassejt par idejn mexjin fuq spallti u jilagħbu m’għonqi. Ma kellix għażla oħra ħlief li nintelaq, bejn għax ma kienx għad fadalli saħħa niġġieled dak li ma kontx qed nifhem u bejn għax b’mod kemmxejn morbuż kont qed nieħu gost. Dawn l-idejn affaxxinanti u delikati bdew jagħfsu fuq il-muskoli ta’ taħt l-għonq, telgħin u neżlin bħal logħba ta’ seduzzjoni mingħajr tarf u mingħajr għaġla. Il-gost tant kien kbir li bdejt ningħi bil-pjaċir meta ma’ kull għafsa bdejt inħoss qalbi ħierġa. Wara mumenti jew minuti dawn il-pali bdew jagħfsu fuq sidri u jiena nintelaq lura ma’ kull tagħfisa ritmika primordjali, ’il fuq u ’l isfel nistħajjel żewġ pari jdejn oħra jaħdmu flimkien fuq ġismi. Stħajjiltni qed ninħadem mill-alla Buddista Krixna, dik il-mara ta’ sitt idejn ikkargata b’erotiżmu triplu daqs il-pjaċir li kont qed nieħu jien.

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 20.0 × 12.7 cm
Publisher
Pages 190
ISBN 978-99957-38-58-7
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995738587 Categories: Tags: