Description
Edizzjoni riveduta u aġġornata – 2018
Mosè flus, flus u flus! Moħħu fil-flus. Anke lil bintu ried jagħmel flus. Għalih il-flus kienu kollox. Bla ma qatt basar kien sar l-aqwa negozjant tal-faħam.
Darba, ħafna snin wara, kif kien dieħel il-Belt tah l-għatx u waqaf fil-kju jistenna biex jixrob minn vit fejn San Ġwann. Warajh xiħ li kien qiegħed fil-kju jistenna wkoll biex jixrob. Ħasdu. U baxx baxx żgiċċa lejn San Ġwann biex jaħrab minnu. Ix-xwejjaħ, imma, mexa warajh.
“Mosè, Mosè! Id-dnub ma jorqodx!” – “Wiċċi ma jfakkrek f’xejn?” – “Le,” tenna Mosè. “Qatt ma rajtek…!” – “Anqas jekk insemmilek il-kamra ta’ Ġorġ l-għannej …” – “Le. Ma nfx fuqiex qed tlablab… !” – “Jekk il-kamra ta’ Ġorġ l-għannej u Wied is-Sewda ma jfissru xejn għalik, ara Wistin tal-Barrin ifissirx xi ħaġa!”







