Description
TONI BAJJADA min-Naxxar, kien ġuvni mibrum b’saffejn. Twil u fuq tiegħu, ħafif daqs it-tajr, bniedem li meta jdaħħal ħaġa f’rasu ħadd ma jdawru iżjed. Wiċċu samrani, ħuġbejh mimlija, xagħru iswed tuta, għajnejh donnhom jitkellmu. Demmu kien tħossu jiġbdek, qalbu f’idejh, ħelu ma’ kulħadd; il-kelma qerq lanqas kien jaf biha.





