Ħolm it-Traġedji

Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Għal kull wieħed u waħda. Ħolma ta’ ġrajja ta’ niket, ħolma tramba li bħal kalamita tiġbed inċident jew delitt.

Stejjer li huma mera tal-parodija tal-ħajja, maskra mbeċilli li flok iddaħħkek, tbikkik. Ambizzjoni li tiġri warajha bħal farfett. Is-sewqat li tixtieq jaħirbulek, dawk li jdejquk ma jitilqukx.

Bojja f’raħal sieket jirrikatta tfajla fqira. Mara li tiżżewweġ ir-raġel idejali titlef lil binha u l-identità tagħha. Tfajla li tingħażel biex tiżfen f’manikomju. Sajjied li jsir qattiel minħabba tfajla. Raġel għani jintebaħ li martu qed tipprova teħles minnu. Żagħżugħ ġwejjed jitlef lil missieru f’konġura ta’ briganti. Tfajla sinjura tuża lil oħtha l-mejta biex tissodisfa ‘l maħbub tagħha. Raġel li jgħix bl-immaġni tas-santi. Bniedem li jbassar it-traġedji. Soru li tidħol f’xibka ta’ mħabba kiefra.

Għal darb’oħra għażla unika mill-istejjer ta’ Anton Grasso. Meta tħares fil-mera, ir-ritratt tiegħek jirrifletti t-traġedja ta’ ħajtek u jikxef żball ieħor komuni fil-ġrajja ta’ l-umanità.

Additional information

Weight 160.0000 g
Dimensions 20.0 x 13.5 cm
Publisher
Pages 150
Cover
Year of publication
Note Is-seba' volum ta' stejjer ta' Anton Grasso

Product categories and tags

SKU: HIT Categories: Tags: