It-Tewmi tax-Xmara

Charles Buttigieg
9789918203222
Paperback

In stock

Description

It-Tewmi tax-Xmara huwa rumanz imnebbaħ mill-ġrajjiet tal-gwerra fl-Ukrajna. Fih, l-awtur Charles Buttigieg jispira ruħu ħafna wkoll mill-esperjenza twila tiegħu f’ħidma ma’ refuġjati minn bosta pajjiżi, inklużi nies li għal raġunijiet partikolari jippruvaw jitbiegħdu mill-ġlied u l-ħerba.

Petro jkun it-tewmi ta’ Kateryna, Ukrena miżżewġa lil Noel, raġel Malti. Kateryna, żewġha u binhom żgħir ikunu jgħixu Malta, waqt li Petro jkun baqa’ Lviv, l-Ukrajna. Meta, fl-2022, tibda l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, Petro jħoss oġġezzjoni qawwija tal-kuxjenza għall-gwerra. Ma jkunx irid jispiċċa obbligat jispara fuq bnedmin oħra. Għalhekk jippjana li jitlaq mill-Ukrajna baxx baxx.
Lil oħtu jħabbrilha dan il-ħsieb tiegħu, iżda ma jgħidilha xejn dwar kif kien beħsiebu jwettqu. Dan minħabba li dak li jkollu f’moħħu jkun jinvolvi perikli serji u ma jkunx irid jissogra li jdaħħal f’xi inkwiet lilha jew lil żewġha. Quddiem għajnejn Petro jkun hemm ix-xmara. Jiġrilu, però, li jgħib u jsir misteru.
 

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 21 × 13 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 168
ISBN 9789918203222

Product categories and tags

SKU: 9789918203222

You may also like…