Ulied il-Fenton

9789918211647
Paperback

Description

Is-Suspetti ta’ Dolly Fenton ikompli . . . Ulied il-Fenton

Id inviżibbli, wiċċ mistur, għadu moħbi, fantażma… qegħdin fi gwerra kontra kull min jgħix fil-villa.

Dawk l-atti vandali u dawk l-ittri anonimi kollha jfissru ħaġa waħda: xi ħadd waħħalha f’moħħu li jivvendika ruħu minn kull wieħed u waħda. Xi ħadd jobgħodhom… imma min? Il-ġrajjiet tal-passat li kienu swew tant deni għal Dolly u Edward Fenton għaddew u marru. Allura għaliex kellu jinqala’ dan l-inkwiet wara tant snin? Minn dak iż-żmien ’l hawn akkwistaw l-akbar żewġ ġojjelli f’ħajjithom, uliedhom Amber u Lisa.

Id-dubji jaqgħu saħansitra fuq dak il-Kuban, qattiel bla ħniena… imma dak maqful f’ħabs l-Amerka. Thomas ukoll jinsab ’il bogħod, fi Florida. Allura min jista’ jkun?
Minn dan it-twegħir joħroġ ukoll it-tajjeb. Ġamri jaqta’ xewqtu li jpatti għad-deni li kien wettaq fil-passat billi din id-darba joħroġ għonqu għall-Fenton, xi ħaġa li qatt ma stennew. Walter, iben Connie l-fattiga, kif ukoll ħabibu Martin isiru l-fus f’ħajjet il-kuġini, Amber u Lisa.

Sa tmiem l-investigazzjoni tal-pulizija jilħqu jinkixfu fatti sorprendenti kif ukoll l-erba’ żgħażagħ isibu l-iskop ta’ ħajjithom.

Additional information

Weight 350 g
Dimensions 21 × 14.9 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 256
ISBN 9789918211647

Product categories and tags