Description
Xi skoprew iż-żewġ kuġini waqt lejla xitwija fid-dar tan-nanna? X’sabu jistenniehom fil-passaġġi mudlama ta’ taħt id-dar?
Kif wieħed minnhom spiċċa f’bir kbir li kien jinfed mal-bjar tad-djar l-oħrajn? U x’kien fih tassew dak is-senduq moħbi, tqil u msakkar tajjeb li tħabtu kemm tħabtu, b’xejn ma setgħu jiftħuh?
Imma fuq kollox, tgħid il-ħares kien se jħallihom jikxfu s-sigriet prezzjuż tiegħu…?








