Kuġini Kurjużi 1: L-Għar Moħbi Taħt l-Irdum

9789918240449
Paperback

Description

Emma, Thomas, Lisa u James, erba’ kuġini li qed iqattgħu vaganzi tas-sajf tal-ħolm flimkien għand in-nanniet ta’ San Pawl il-Baħar. Xebgħa għawm, ikel u ġiri fl-inħawi tal-irdumijiet.

Biss, meta f’lejla bla qamar ikunu fuq il-kamra antika tas-suldati f’tarf l-irdumijiet għoljin, jisimgħu ilħna misterjużi ġejjin mill-għar moħbi ta’ taħthom … u jaraw irġiel deħlin inkiss inkiss iġorru xi ħaġa magħhom …

Għaliex dan il-misteru u ħabi kollu?

Misteru li tant qajjem kurżità fl-erba’ kuġini li ma setgħux ma jinvestigawx, u f’temp ta’ ftit jiem it-tfal sabu ruħhom f’avventura eċitanti imma wkoll perikoluża … li żgur kienu se jibqgħu jġorru magħhom għal dejjem!

Illustrazzjonijiet ta’ Francesca Grech

Additional information

Weight 180 g
Dimensions 19.8 × 12.9 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 144
ISBN 9789918240449

Product categories and tags

You may also like…