Ir-Rikatt

Serqulu ħajtu u issa jridha lura

978-99957-33-36-0
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Wara li Raymond jirriżenja mill-MEPA minħabba f’kunflitt ta’ interess li jsib ruħu fih minħabba applikazzjoni  għal lukanda fuq wiċċ l-ilma fil-qalba tal-Port il-Kbir, isib refuġju fi Brenda, tfajla sabiħa li jiltaqa’ magħha bl-internet. Min tkun fil-verità dit-tfajla? Għalfejn Raymond jibda jippreferi lilha milli lil martu? X’jibda jġiegħel lil Raymond jitbiegħed iżjed minn martu Sandra u jinġibed iktar lejn Brenda? Wara kollox, min jisraqlu ħajtu? U għaliex? Jirnexxilu jġibha lura ħajtu? L-intenzjonijiet ta’ Brenda jkunu tassew ġenwini jew ikollha xi skopijiet oħrajn f’moħħha? Min hu dal-famuż ‘mister’ li kulħadd jibża’ biża’ kbir minnu u li kulħadd lest ibaxxi rasu quddiemu għar-rieda tiegħu? U Leli Darmanin kif jidħol fl-istorja u xi tkun ir-raġuni veru li għaliha spiċċa l-ħabs? Tghid għax veru kiser il-liġi jew għax sar jaf xi affarijiet li mhux suppost jkellu jsir jafhom? U jekk jaf iżjed milli jmissu, min huma dawk li riduh il-ħabs akkost ta’ kollox? Raymond jispiċċa l-ħabs ukoll. Kif? Għaliex? Tgħid għad jiltaqa’ ma’ Leli jew le? U Sandra x’tagħmel? Tibqa’ tgħin lil żewgha jew ladarba jmiss il-qiegħ tabbandunah? Thriller mimli tensjoni li jirrifletti ċ-ċirkostanzi taż-żminijiet tal-lum bit-tajjeb u l-ħażin kollha tagħhom.

Additional information

Weight 290.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 224
ISBN 978-99957-33-36-0
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995733360 Categories: Tags: