Description
Il-ġrajja ddur fuq grupp ta’ tfajliet u ġuvintur li jiltaqgħu ta’ kull lejla fi klabb imwaqqaf apposta għalihom iż-żgħażagħ. Kif jixhed isem ir-rumanz, iż-żgħażagħ protagonisti għandhom ilkoll l-istorja tagħhom. Stejjer differenti ta’ karattri differenti. Xi wħud jiffittjaw u oħrajn jikklaxxjaw.
Fost it-temi trattati hemm il-bullying, id-drogi, l-anorexia, l-alkoħoliżmu, il-piercing u t-tattoos, ir-relazzjoni mal-ġenituri, l-ewwel imħabba, il-fastidju sesswali, il-ġibda ta’ tfajla għal raġel miżżewweġ, il-ħajra għas-suwiċidju, il-mewt… u oħrajn.
Jiżvolgi wkoll plot dwar misteru li fih isibu ruħhom tnejn mill-ġuvintur tal-grupp u jibqgħu jitħabtu sakemm isolvuh.
