Ronald Camilleri

Ronald Camilleri twieled l-isptar San Luqa fil-5 ta’ Diċembru 1983. Sa mill-bidu kien joqgħod l-Isla u għadu jgħix hemm sal-lum. Sa minn mindu kien għadu żgħir beda jattendi l-iskola primarja tal-Isla u ta’ għaxar snin mar jistudja il-Verdala Junior Lyceum f’Bormla sal-1999. Wara għamel sena jistudja fil-Higher Secondry n-Naxxar u ttrasferixxa ruħu f’Paolino Vassallo Upper Secondry Raħal Ġdid, illum MCAST. Wara għamel sentejn l-MCAST fejn spiċċa l-istudji bl-livell avvanzat fl-istudji tal-Ingliż u l-Malti. Sa minn mindu kien għadu żgħir kien jinteressa ruħu fil-qari. “Illum il-ġurnata nispira ruħi minn awturi Amerikani bħal John Grisham u Vince Flynn”. Għalkemm l-ispirazzjoni ġejja prinċipaljament minn hemm fejn jidħol stil ta’ kitba, il-qofol tal-kitba huwa kompletament oriġinali u m’għandu affiljazzjoni ma’ ħadd iktar. Bħala sustanza ta’ kitba, jispira ruħu ħafna minn affarijiet ta’ kuljum li jiġru f’Malta stess, li għalkemm forsi ma jissemmewx fl-aħbarijiet, huma hemm moħbijin wara l-kwinti. “Is-sitwazzjonijiet imsemmija fir-rumanzi tiegħi mhumiex veri imma huma realistiċi biżżejjed li jista’ jkun li qed jiġru veru u ma nafux bihom.L-istejjer fil-kotba tiegħi huma kollha vvintati u għalhekk ċerti affarijiet jista’ jkun li ma jkunux eżatt kif fil-fatt huma. Fost ix-xogħlijiet tiegħi hemm il-ħtif tal-2007 li bħalissa qed naħdem fuqu biex inkun nista’ nagħtih għall-pubblikazzjoni. Fl-2009 lestejt it-2 u l-aħħar parti tal-Ħtif li jiġi ppubblikat wara l-Ħtif l-ewwel parti. Sena wara lestejt ‘Ir-Rikatt’ rumanz ieħor li bħalissa diġà jinsab għall-bejgħ mingħand il-BDL stess”. Ix-xogħlijiet ma waqfux hemm. Warajh ġew ‘Il-Baruni tad-Droga’ fl-2011 u bħalissa qed naħdem ukoll fuq ir-rumanz il-ġdid tiegħi ‘Id-Dell tal-Isfortunat’. Bejniethom hemm ukoll 3 novelli; ‘L-Eku tal-Attak tal-Qalb’, ‘L-Għadu Minn Ġewwa’ u anke ‘Il-Murtali tal-Festa.’ Fil-preżent naħdem bħala uffiċċjal tas-sigurtà il-Belt Valletta. Qabel ħdimt ukoll bħala uffiċċjal tas-sigurtà f’diversi partijiet ta’ Malta fosthom f’areas li jagħmlu parti mill-port il-kbir. Qabel ma dħalt uffiċċjal tas-sigurtà kont anke Gwardjan Lokali nidderieġi t-traffiku f’diversi partijiet ta’ Malta