Ir-Raġel tas-Skiet

Stejjer b’San Ġużepp fi ħsiebi u f’qalbi

9789918200689
Paperback

Description

Kif jidħol San Ġużepp fil-ferħ, fix-xewqat, u fit-tamiet, anki waqt l-imxija tal-Covid-19?

X’kienet ir-reazzjoni għad-dehra ta’ tfajjel li tilef sieq waqt inċident?

Għaliex wiċċ il-purtinara tal-iskola jixgħel dejjem b’ferħ?

Kif jidħol il-Qaddis fl-istorja Il-Ħuttab tal-Ġenna?

San Ġużepp ta’ Ħoġor it-Tieqa kemm serva ta’ rifda fil-bejgħ ta’ proprjetà?

Il-post magħruf bħala Tal-Abbandunati hu tassew minsi?

Għaliex kollhom ħerqa, il-ġenituri żgħażagħ, lil binhom riedu jsemmuh Joseph?

X’kienet, u fejn kienet il-moħba taz-ziju li qatta’ għomru emigrat?

Għaliex San Ġużepp għandu anġlu mbissem?

… It-tweġibiet, u kurżitajiet oħra ssibuhom f’dawn l-istejjer mistħajla. Ħafna minnhom ambjentati fi żmienna. B’rabta ma’ San Ġużepp li bl-imħabba, bl-umiltà u bis-skiet tiegħu niżel f’qalb il-poplu. Fis-sena ddedikata lill-Patrun tal-Knisja Universali, għandhom jissuktaw ifakkruna fil-ħarries li lejh nerfgħu ħsiebna meta qalbna tifraħ u meta ruħna tibki.

Additional information

Weight 180 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918200689
Pages 138

Product categories and tags

SKU: 9789918200689 Tags: