Description
Kalċidon hu raġel li ħajtu hi mimlija praspar. Xi drabi jivvinta xi praspura hu wara li jkun fassal xi ħaġa f’moħħu. Bħal meta taparsi tah ħass ħażin jew meta ddeċieda li jagħmilha ta’ perit.
Drabi oħra jpaspar xi waħda wara li xi ħadd ikun qabbdu jagħmillu xi qadja. X’jagħmel Kalċidon meta t-tabib jordnalu jieħu banju? U meta s-Sinjura Liża bagħtitu jaqdiha f’Ħal Lewża? Għamlet sew oħt Kalċidon meta qaltlu biex jieħu ħsieb il-borma?
Ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet issibuhom f’dawn l-istejjer ħelwin li żgur se jnisslulkom tbissima.
U bilħaqq… għax insejt ngħidilkom… b’xi mod jew ieħor dejjem hemm Żeppi mdaħħal fil-praspar ta’ Kalċidon. Imma Żeppi min hu?








