Pawlu Mifsud (1928–1996) twieled Ħaż-Żebbug u kien surmast fl-iskejjel Primarji tal-Gvern. Beda jikteb bil-Malti minn kmieni f’żgħożitu u matul is-snin kiteb esejs, novelli, poeżiji, radjudrammi, u radio-features; u rebaħ premjijiet f’konkorsi letterarji. Kien membru tal-Għaqda Letterarja Maltija u l-Akkademja tal-Malti. Huwa l-awtur ta’ Ħjut tad-Deheb – poeżiji għat-tfal, Serafin is-Saħħar, Il-Bambin ta’ Sant’Antnin u Tusè u ċ-Ċapsa – tliet avventuri għat-tfal. Ħalla wkoll poeżiji, stejjer u kitbiet oħra li għadhom ma ġewx ippubblikati.