Description
L-għada ta’ -iskola s-Sur Nin ħa tnax-il tifel mill-aktar bravi tal-klassi għall-kamp ħdejn l-Għadira.
Fl-ewwel jum għamlu ġabra ta’ xtieli u ltaqgħu ma’ grupp ta’ girl guides li għaddew magħhom il-lejl ħdejn il-baħar qabel raqdu.
L-għada filgħodu s-Sur Nin ħadhom jaraw għerien li darba hu kien induna bihom minn barra.
Sabu li dawn kienu fortizza tal-qedem. Waqt li qed iduruha jsib li għandu tlieta mitlufin. Hu u t-tfal l-oħra fittxewhom għal xejn sakemm niżel bih bokkaport li wasslu ħdejhom.
Fost ħwejjeġ oħra tal-imgħoddi t-tlieta mitlufin kien ġabu magħhom musbieħ u żnied tan-nies ta’ żmien il-ħaġar.
Kif sabhom is-Sur Nin ħa r-ruħ u mar bit-tfal kollha mill-ġdid fil-kamp biex jistrieħu u wara s-sejba ta’ misteru ta’ l-imgħoddi.