Description
Fl-1798 Malta waqgħet f’idejn il-Franċiżi. il-maltin ħasbu li se jibdew paġna ġdida fl-istorja tagħhom u ħarsu lejn din il-bidla b’ottimiżmu. Iżda m’għaddewx ħafna sigħat li Malta indunat li daħlet f’era mwiegħra oħra u minn dak il-ħin bosta Maltin bdew jaħdmu biex jeħilsu lil Malta minn dan il-ħakkiem ġdid. Fost dawn il-patrijotti, kien hemm Vinċenzo Borg imlaqqam Brared. Min kien dan il-personaġġ? Għaliex ried jeħles lil Birkirkara u lil Malta mill-Franċiżi? Kif irnexxielu jbiddel l-itorja ta’ Malta? U f’hiex daħal ir-razzett ta’ Xindi f’dan il-misteru?