Description
Dan huwa ktieb ieħor tal-Kavallier Tony c. Cutajar miktub għal tfal tal-aħħar snin tal-Primarja. is-suġġett huwa dwar l-għalliema tal-Istorja ta’ Malta fis-sitt klassi li titkellem mat-tfal dwar is-swaqr, it-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet madwar Malta. Il-bieb prinċipali fis-swar tal-Kottonera, magġruf bħala l-Mina ta’ Ħaż-Żabbar jew Bieb is-Sultan, għandu leġġenda antika. Skont din il-leġġenda, in-naħa fejn qed tħares l-istatwa tal-Gran Mastru Nikol Cottoner hemm teżor moħbi. Huwa misteru kif ħadd qabel ma rnexxielu jsib dan it-teżor. It-tfal tal-klassi jikkompetu bejniethom biex jippruvaw isolvu huma dan il-misteru. Wara ħafna avventuri, waħda mit-tfal flimkien mal-kuġini tagħha ssib it-teżor b’kumbinazzjoni u malajr isiru magħrufa ma’ Malta kollha.