Description
Sett ta’ Żewġ Kotba
Qoxra Iebsa
L-Ewwel Parti
Denunzja mill-aktar infami u tbagħbis mal-ġustizzja jwasslu lil Edmondo Dantes, żagħżugħ li kien għadu kif rifes l-art wara t-tbaħħir biex jiżżewweġ lis-sieħba ta’ qalbu, fil-ħabs tal-Kastell d’If, li minnu ħadd ma kien joħroġ ħaj. Fiċ-ċella beda jitlef kull sens ta’ ħajja. Darba jisma’ tħaffir li kien ġej minn ċella oħra. Għandu jixref ħabsi ieħor, saċerdot, li beda jħaffer biex jiġi fuq il-baħar u mar żmerċ.
Dan il-qassis, Farija, mhux biss iwasslu jinduna min xeħtu fil-kalzri minħabba l-għira u l-biża’, iżda jagħtih tagħrif fuq teżor ta’ prinċep, li hu stess ħeba fuq il-gżira ta’ Monte Kristo. Meta s-saċerdot imut, il-gwardjani jdaħħluh fi xkora biex fil-ħin mistenni jixħtuh il-baħar. Iżda Dantes ikaxkar lill-mejjet fiċ-ċella tiegħu u hu jieħu postu. Jitwaddab fil-baħar, jinħall u wara żmien jirnexxilu jsib il-gżira msemmija u t-teżor. Jieħu t-titlu ta’ konti ta’ Monte Kristo u b’modi xejn mistennija jibda jdur, iżur u jpatti lil dawk kollha li kienu waslu biex għamlulu ħajtu infern għal skopijiet differenti. Kif isir dan?
It-Tieni Parti
Jitkomplew u jinħarġu fid-dieher l-intriċċi ta’ dawk kollha li kienu ħaduha kontra Edmund Dantes, li ftit ftit jitwarrbu u jibdew iduqu l-għadab tal-eroj. Il-konti ta’ Monte Kristo jaf li Mercedes, li kienet l-għarusa tiegħu, iżżewġet lil kuġinuha. Minħabba li kien salva lill-iskjava bl-isem ta’ Haydee, din issir tħobbu u tmur miegħu kullimkien. Insiru nafu bit-tifel, Speranza. Min kien dan u f’liema baħar ta’ inkwiet hu u bin Mercedes iwasslu lil Monte Kristo, li jitlaq bil-jott tiegħu biex isalva lil dan tal-aħħar?
Niltaqgħu wkoll ma’ bniedem mistoħbi fuq il-jott, li kulħadd ried jixħtu l-baħar, iżda l-konti jaħfirlu. Dan, iżda, jisraq it-teżori minn fuq il-jott u jagħmel l-akbar ħsara li jista’ lill-konti. Wara li Monte Kristo jasal fit-tpattija li kellu f’moħħu, jibda jirrealizza li kien qabad triq ħażina. Jemmen li kien ġustizzier bla qalb u bla ħniena, terribbilment spjetat, u l-istess azzar tax-xabla li biha qered lil dawk li għamlu għalih, issa ntrefgħet ukoll kontra tiegħu. Jirrealizza li l-bniedem jiġi fid-dinja biex jiswa ġid, mentri hu aktarx sewa ta’ deni għax kien egoist. Jemmen dan kollu meta kien tard wisq.
The Count of Monte Cristo – Alexander Dumas