Description
Studju dwar id-diskors u l-kelma użata.
“Dan il-ktieb ta’ James Aaron Ellul huwa uniku. Qatt sa issa ma kien hemm analiżi sħiħa tal-oratrija ta’ Eddie Fenech Adami, jiġifieri l-mod persważiv kif kien iwassal il-messaġġ tiegħu f’mumenti differenti, mumenti ta’ ferħ u diqa, ta’ kuraġġ u qtigħ il-qalb, fi żminijiet kwieti jew dawk imqanqla. Ellul jgħarbel id-diskorsi ewlenin ta’ Fenech Adami matul il-karriera twila politika tiegħu. Ma kinitx biċċa xogħol faċli.” – Tonio Borg, mill-Kelmtejn Qabel tal-ktieb