Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia 1797-1850

Raġel ta’ kultura u qaddej tal-patrija

9789995775995
Hardback

In stock

Description

Għal ħafna, isem il-Kanonku Fortunato Panzavecchia ma jfisser xejn. Imma l-ħidma kontinwa tiegħu kienet ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna kontemporanji. Kien hemm min ikkritikah għax ma qabilx miegħu u għamel minn kollox biex iwaqqgħu; u kien hemm min apprezza fih il-galanterija u l-għerf li għażluh fost il-letterati Maltin tal-ewwel nofs tas-seklu dsatax.

David Agius Muscat ilu ħmistax-il sena jistudja l-mija u erbgħa u erbgħin manuskritt ta’ Panzavecchia li jinsabu fl-Arkivju tal-Katidral, l-Imdina. Dan il-ktieb huwa l-ewwel studju fit-tul fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ dan il-letterat ewlieni u minsi fl-istess ħin.

Agius Muscat għandu M.A. fil-Malti, huwa lettur anzjan fil-Junior College Ġan Franġisk Abela tal-Università ta’ Malta, u huwa membru fil-kunsill tal-Akkademja tal-Malti. Kien Uffiċjal Edukattiv tal-Malti u membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Huwa xandar għadd ta’ studji marbutin mal-istorja tal-ilsien Malti.

Additional information

Weight 790 g
Dimensions 24.5 × 16.8 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775995
Pages 326

Product categories and tags

SKU: 9789995775995 Categories: