Description
“Minn kważi xejn, Karmenu Bonavia rnexxielu jibni l-ewwel bijografija ta’ Malti li f’pajjiżu ntesa, imma fl-Ewropa laħaq daqskemm kważi ebda Malti ieħor qatt ma kien laħaq. Li llum qam interess fl-Avukat Pace mhux prinċipalment dovut għal dak li Pace kien u dak li rnexxielu jwettaq, imma għaliex kien ħabib u benefattur ta’ Mikiel Anton Vassalli f’Ruma”.
Giovanni Bonello fil-Preżentazzjoni tal-ktieb