Il-Fiera tal-Fuħħar

u Stejjer Oħra

9789995750602
Paperback

In stock

Description

Wara s-suċċess miksub mal-qarrejja u l-kritiċi bin-novelli Nismagħhom Jgħidu (Kite, 2016) u Il-Gżira l-Bajda u Stejjer Oħra (Kite, 2017), Joe Friggieri jagħtina ġabra oħra ta’ novelli.

Ranier Fsadni f’kumment dwar l-istejjer ta’ Joe Friggieri jgħid li ‘L-effett tal-istil minimalista ta’ kif jikteb Joe Friggieri hu li, għalkemm qed jirrakkonta – u allura l-istorja għandha bidu u tmiem – l-istejjer jieħdu xejra leġġendarja anki meta jkun qed jikteb dwar l-affarijiet ta’ kuljum. U l-leġġendi, kif nafu, la għandhom bidu u lanqas tmiem. Jidwu dejjem madwarna… Il-proża poetika ta’ Joe Friggieri qatt ma titlef mis-sempliċità. L-istejjer kollha huma qishom għadira ċara li fiha, aħna u għaddejjin, nilmħu xi ħaġa tleqq, u allura nduru lura b’ħarsa aktar attenta. Is-seħer tal-aħjar novelli hu li, bla ma tobsor, malli tħares lura tieħu lemħa ta’ x’hemm quddiem, jistenna.’

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 20 x 12.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995750602
Pages 176

Product categories and tags

SKU: 9789995750602 Tags: