Nismaghhom Jghidu

978-99957-50-31-2
Paperback

In stock

Description

Mill-pinna prolifika ta’ Joe Friggieri joħorġu dawn l-għoxrin novella, mibnija fuq firxa wiesgħa ta’ karattri u ambjenti, li jżommuk fuq ix-xwiek sal-aħħar u jibqgħu f’moħħok għal żmien twil wara li taqrahom. Huma stejjer ta’ awtur li jaf u jieħu gost jirrakkonta, u li jibqa’ jissorprendi lil dawk li huma midħla tax-xogħlijiet tiegħu.
 
Magħruf sew għal żewġ ġabriet ta’ novelli li ħareġ fl-imgħoddi, il-popolari Stejjer tar-Ronnie u l-brillanti Ħrejjef għal Żmienna, Joe Friggieri issa jippreżentalna ġabra oħra ta’ stejjer miktubin bi stili differenti. Uħud minnhom juruna kif jaf jittratta b’mod divertenti ideat li ħaseb u kiteb fuqhom bħala kittieb serju… Ħafna mill-karattri l-aktar interessanti li jesplora Friggieri huma nisa, uħud minnhom ibatu mit-tirannija u l-għira tal-irġiel, u oħrajn li jużaw l-intelliġenza, il-misteru tagħhom u l-qawwa ta’ sbuħithom kontrihom… Forsi l-aktar novella qawwija hi dik fejn awtur liberali f’pajjiż tiranniku jipprova jiddefendi ruħu mill-akkużi li fizzjal tal-pulizija sarkastiku u bla ħniena jisparalu waħda wara l-oħra. L-azzjoni hawn hi fid-djalogu ħaj li jfakkar lill-qarrej fid-drammi u l-kummiedji li Friggieri kiteb b’suċċess għall-palk Malti.
 
Paul Xuereb
 
Dan il-ktieb ta’ novelli mhux parti mis-sensiela “Nismagħhem jgħidu…Snajja’, Għajdut u Karattri mill-Ħajja Maltija” ta’ Paul P. Borg

Additional information

Weight 290.0000 g
Dimensions 20.0 x 12.8 cm
Publisher
Pages 262
ISBN 978-99957-50-31-2
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 978-99957-50-31-2 Categories: