Description
Il-ħut hu ikel bnin. Minkejja dan xorta ssib min jevitah… forsi għax ma jafx x’għandu jixtri biex iħejji xi riċetta partikolari, iddejqu r-riħa jew jibża’ mix-xewk. Dawn tal-aħħar forsi jħajjarhom il-ħut abjad ta’ bla xewk bħall-bakkaljaw jew xi qatgħa salamun jew tonn. Insibu diversi tipi ta’ ħut li jvarja minn dak żgħir bħall-makku, sa ħut akbar li tixtri biss qatgħat minnu. Frott tal-baħar bħall-gandoffli, il-gambli u r-rizzi huma wkoll il-favoriti ta’ ħafna. L-aktar ħuta popolari magħna l-Maltin hija l-lampuka, speċjalment b’xi naqra zalza tajba tat-tadam, kappar, żebbuġ u ħwawar. Prezz ha jvarja ħafna… skont iż-żmien tas-sena li fih tkun inqabdet, kif ukoll id-daqs tagħha. Importanti li meta tixtri l-ħut ikun frisk. Iċċekkja dejjem l-għajnejn… iridu jkunu ċari u jleqqu.