Hala taz-Zghozija u stejjer ohra

miktub bir-regoli l-ġodda

978-99957-20-75-9
Paperback

In stock

Description

In-novella ta’ Lino Spiteri, werrieta tat-tradizzjoni realista daqskemm ħlejqa tipika tal-epoka, hi magħmula mit-tlaqqigħ bejn ir-rakkont u l-intervent. L-awtur jinsab xi mkien, bħala direttur jew karattru sekondarju jew protagonista. B’kelma meħuda b’lealtà minn fomm in-nies tat-triq, huwa joħloq l-ambjent fejn iseħħu l-ġrajjiet u jikbru l-personaġġi. L-osservazzjoni hi l-punt tat-tluq, u esperjenza speċifika twelled kollox. Il-ġudizzju tal-awtur jinħass fid-djalogi daqskemm fil-laqtiet tad-deskrizzjoni, turija ta’ kemm hu mfittex l-essenzjali, kulma jwassal sa l-għeluq. Kwadretti u sitwazzjonijiet, karattri u prinċipji morali jintisġu flimkien biex jitfassal dokument imlewwen tas-soċjetà. Il-ġurnalista, il-politiku, il-letterat huma t-tliet naħat talidentità waħda. In-novella tiegħu tixrob minn kulfejn tista’ biex tħaddem f’ħin wieħed il-kapaċitajiet tat-tlieta.

Oliver Friggieri

Additional information

Weight 245.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 191
ISBN 978-99957-20-75-9
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995720759 Categories: