Fiz-Zifna ta’ l-Ibliet

9990942137
Paperback

In stock

Description

‘Fiż-Żifna ta’ l-Ibliet’ huwa l-ġrajja ta’ ħajja żaħugħa, fil-mixja twila u iebsa tagħha għall-kisba tal-maturita.

Kemm jirnexxilu t-tiswir partikulari tal-karattru ta’ kull individwu jegħleb il-forzi dominanti ta’ l-ambjet li jiċċirkondah? Il-protagonisti ta’ din il ġrajja jiffaċċjaw ċirkostanzi li jieħdu bixra personali ħafna għal kull wieħed u waħda minnhom. Anki fejn iċ-ċirkostanzi jidhru l-istess minn barra, ir-reazzjonijiet interni li jqanqlu jistgħu jvarjaw ġmielhom minn xulxin. X’ kien li ġiegħel lil Iris terġa’ tibda tafda fl-imħabba wara l-falliment ta’ l-ewwel żwieġ tagħha? u b’liema mod tirreaġixxi għall-esiġenzi tal-karriera li daġlet għaliha? Il- konfitti fil-ħajja progressiva ta’ mara ta’ din ix-xorta, kemm jinfluwenzaw il-ħajja ta’ dawk li jgħixu qrib tagħha?

Fir-rumanz ‘Fiż-Żifna ta’ l-lbliet’ l-esperjenzi tal-ħajja f’żewġt ibliet differenti għal kollox minn xulxin joħolqu sfond għat-twettiq ta’ l-eżistenza tal-protagonista taħdin il-ġrajja fir-relazzjonijiet tagħha magħha nnifisha u ma’ l-oħrajn

Additional information

Weight 378.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 233
ISBN 9990942137
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: FZTLI Categories: