Description
Issa kienu għaddew tmien snin u Granċella kellha għoxrin sena. Kienet għadha timxi b’lura, kienet għadha taf tħaddem moħħha b’qawwa akbar minn dik tal-kompjuters kollha tan-Nasa u kienet għadha trabbi l-friefet il-lejl.
Kulħadd kien iħobbha (minbarra l-klikka ċkejkna “Ta’ Taħt l-Art”…underground, li niltaqgħu magħha aktar tard), għax minkejja t-tgergir kollu tiegħu, il-poplu kien qed jgħix paxxut.
Kulħadd kien għadu jiftakarha sew l-ħakma tar-Re Karlu VII, meta fil-pajjiż kien hemm diżordni sħiħa. Iżda minkejja dan kollu, Granċella ma kinitx kintenta!
Insomma… mhux eżattament hekk ridt ngħid…ma kinitx għalkollox b’moħħha mistrieħ.
U kollu kien tort tal-ħolm.






