Ejja Nsajru Poeżija

9789918240067
Paperback

Description

Versi, logħob bil-kliem u aktar …

Niftħu l-ktieb tal-fantasija,
Inqallu s-sitt vokali,
Litru konsonanti likwidi,
U nħallu kollox jagħli.

Niskata ta’ tixbiha,
Il-meraq ta’ tbissima,
U ngħarrqu dit-taħlita
Ġo stokk ta’ ritmu w rima.

Nerħulha l-borma ttektek
Fis-skiet u l-kenn tal-kċina
Biex toqgħod kwieta toħlom
Il-ħolma t’ikla bnina.

Imbagħad meta d-dar kollha
Bil-fwieħa tkun mimlija,
Inqassmu fuq il-mejda
Il-platti tat-tnedija.

Kulħadd madwarna jersaq biex jippranza
U aħna nservu kollox stanza stanza.

Ejja Nsajru Poeżija jinkludi wkoll is-sezzjoni “Dawwarli poeżija” fejn il-poeżiji jieħdu l-ħajja (aċċess tramite kodiċi QR fuq aġġeġġ elettroniku b’konnessjoni għall-internet), liema animazzjonijiet huma parti minn proġett tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Keyword: Poems , Poeżiji

Additional information

Weight 320 g
Dimensions 23 × 20.9 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 62
ISBN 9789918240067

Product categories and tags

SKU: 9789918240067

You may also like…