Mill-Ġabra ta’ Ward

It-tieni ktieb ta' stejjer u poeżiji għat-tfal

9789993276999
Paperback

In stock

Description

L-istejjer u l-poeżiji f’dan il-ktieb huma kollha magħżulin mis-sensiela magħrufa Ġabra ta’ Ward.

Dawn is-siltiet huma fost l-isbaħ eżempji tal-letteratura għat-tfal li ħarġu mill-pinna tal-aħjar kittieba tal-Malti ta’ dak iż-żmien.

F’dawn il-paġni l-qarrejja se jiltaqgħu ma’ karattri simpatiċi, temi li jolqtuhom mill-viċin, ambjent naturali Malti l-ġmiel tiegħu, logħob u bluha tat-tfulija, u kultant, ma’ xi tagħlima wkoll. U dan kollu miktub bi stil mirqum u mexxej.

B’hekk, il-qarrejja żgħar se jersqu ħelu ħelu lejn id-dinja tal-qari bil-Malti filwaqt li jieħdu gost jiksbu tagħrif siewi għall-ħajja.

Mhux ta’ b’xejn li dawn il-kitbiet letterarji kienu, għadhom u se jibqgħu għal qalb bosta Maltin u Għawdxin.

L-għażla tal-kitbiet u l-addattamenti saru minn Terence Portelli, lekċerer tal-letteratura għat-tfal, fost suġġetti oħra, fl-Università ta’ Malta.

L-illustrazzjonijiet huma ta’ Paul Caruana.

Additional information

Weight 240 g
Dimensions 26.5 x 21.5 cm
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993276999
Pages 40

Product categories and tags

SKU: 9789993276999 Categories: