Ħadd ma Jista’ Jsaltan jew Jieħu Tron li mhux Tiegħu

It-tielet ktieb mill-grajja illustri ta' Kartaksan

978-99909-143-4-4
Paperback

In stock

Description

Issa kienu għaddew tmien snin u Granċella kellha għoxrin sena. Kienet għadha timxi b’lura, kienet għadha taf tħaddem moħħha b’qawwa akbar minn dik tal-kompjuters kollha tan-Nasa u kienet għadha trabbi l-friefet il-lejl.

Kulħadd kien iħobbha (minbarra l-klikka ċkejkna “Ta’ Taħt l-Art”…underground, li niltaqgħu magħha aktar tard), għax minkejja t-tgergir kollu tiegħu, il-poplu kien qed jgħix paxxut.

Kulħadd kien għadu jiftakarha sew l-ħakma tar-Re Karlu VII, meta fil-pajjiż kien hemm diżordni sħiħa. Iżda minkejja dan kollu, Granċella ma kinitx kintenta!

Insomma… mhux eżattament hekk ridt ngħid…ma kinitx għalkollox b’moħħha mistrieħ.

U kollu kien tort tal-ħolm.

Additional information

Weight 150.0000 g
Dimensions 20 × 13 cm
Publisher
Pages 117
ISBN 978-99909-143-4-4
Cover
Year of publication
Author
Language Maltese

Product categories and tags

SKU: 9789990914344 Categories:

You may also like…