Description
Fi żmien meta l-bniedem sar jiddubita u jissuspetta kollox, dawn iż-żgħażagħ jgħallmuna li l-fidi tiġi mill-fiduċja, bħal dik ta’ tifel f’missieru. Jgħallmuna l-entużjażmu, is-sempliċità, il-qlubija. Jgħallmuna ma nkunux ikkumplikati. Jgħallmuna l-umiltà u l-fiduċja fl-oħrajn. Għax it-tfal jaqraw il-qalb mhux il-kliem. Fuq kollox jgħallmuna nemmnu għax ilkoll kienu żgħażagħ li emmnu tassew.
Kienu żgħar fl-età imma kbar fil-fidi.









