Description
Il-15 ta’ Awwissu
Il-jum tal-Konvoj ta’ Santa Marija
In-nies bdew niżlin ftit iktar tard mis-soltu. Donnhom tgħażżnu jew ħassewhom iktar kalmi dakinhar. Dawk li niżlu x-xatt ġew kollha bl-istejjer tagħhom, bi ġrajjiet ikkuluriti u minn ambjenti diversi. Kollha bi stil ta’ ħajja differenti. Bil-weġgħat, bit-tifkiriet, bil-ferħ u bin-niket tagħhom.
Iżda l-baħar ma jħarisx lejn uċuħ. Huwa l-konfort ta’ min jiġi bżonnu, il-widna li tisma’ u ssabbar. B’dirgħajh wesgħin jilqa’ fi ħdanu lil dawk li jintelqu fih u jħażżeż id-destin tagħhom fir-ramel tax-xatt!






