Description
Qed ngħixu fl-era tal-fake news.
Kif nagħrfu l-informazzjoni falza? Min joħloqha? U, fuq kollox, xi skop għandha?
Fuq in-networks soċjali ta’ kuljum insibu stampi u videos manipulati, teoriji ta’ kospirazzjoni, deepfakes u bots li jippruvaw jgħadduna minn għajn il-labra.
Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, nistgħu nsiru kompliċi u bla ma nafu nkomplu nżidu l-kaos ta’ diżinformazzjoni għax inkunu neqsin mill-għodda meħtieġa biex nivverifikaw x’inhu veru u x’inhu gidba. Imma qatt ħsibt li mhuwiex daqshekk diffiċli biex ma nagħmlux bħall-imzazen u nibqgħu nibilgħu kollox?
Manwal divertenti u rigoruż sabiex titgħallem tivverifika l-informazzjoni u ssir kaċċatur awtentiku tal-gideb.