Ċimiterji f’Malta

Gino Muscat Azzopardi, Raymond Mangion
9789993217824
Hardback

Description

Riċerkat u miktub minn Gino Muscat Azzopardi

Studju Storiku-Legali u Żjidiet – Raymond Mangion

Dan il-volum ilu jistenna ħamsin sena biex jara d-dawl. L-awtur tiegħu Ġino Muscat Azzopardi kien ħaddiem tal-pinna mill-aqwa kemm tal-proża kif ukoll tal-poeżija. Kien fost l-ewwel attivisti u fundaturi sa mill-ħolqien tal-Partit Laburista fl-1920.

Prof. Raymond Mangion kien għad għandu 15-il sena meta ra lis-Sur Ġino Muscat Azzopardi jinseġ id-dokument paġna paġna, fil-bitħa tad-dar tiegħu u ta’ martu Anna Nu 10, Triq il-Kbira, Tas-Sliema,. Kien jakkumpanjah fil-karozza misjuqa minn martu stess matul żjarat lil għadd ta’ ċimiterji fl-erba’ rkejjen ta’ Malta. Ma kienx hemm maqbar f’Malta li ma żarux. F’kull ċimiterju li jżuru, Gino Muscat Azzopardi kien jieħu r-ritratti li issa huma nklużi f’dan il-volum.

Dan huwa  wirt nazzjonali imprezzabbli u għalhekk il-pubblikazzjoni tiegħu twettaq ġustizzja miegħu u mal-poplu Malti. Permezz tar-riċerka u tal-kumpilazzjoni dwar il-kampusanti Maltin, Gino Muscat Azzopardi ħalla xogħol ta’ referenza importanti ferm li jsaħħaħ u jsebbaħ il-Melitensia inġenerali.

F’dan il-volum qed jidher wkoll studju ta’ Prof. Raymond Mangion dwar Id-Dfin u l-Midfna f’Malta fil-Kuntest Storiku-Legali.

 

Additional information

Weight 500 g
Dimensions 22 × 15.5 cm
Author ,
Format Hardback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 258
ISBN 9789993217824

Product categories and tags

You may also like…