Description
‘Fost id-diversi programmi li għamilt fuq Radju Malta mal-produttur Peter Paul Ciantar kien hemm Tmiem is-Seklu, sensiela ta’ programmi ta’ kull ġimgħa.
F’dawn il-programmi li xxandru fl-1999 kien ingħata tagħrif dwar l-avvenimenti ewlenin fid-dinja tas-Seklu Għaxrin, madankollu kwart tal-ħin ta’ kull programm kien dwar Malta.
Kien is-suċċess ta’ dan il-programm li ħajjarni nippubblika l-ktieb Avvenimenti tas-Seklu Għoxrin f’Malta. F’din il-kronaka ta’ ġrajjiet, għalkemm ippruvajt ninkludi ftit minn kollox, ħafna mit-tagħrif huwa fil-qosor. Kellha wkoll issir għażla għax ma kienx possibbli li jinkiteb dwar il-ġrajjiet kollha.’ – Edward Attard








