Assedju 1565

Ġrajja ta' qlubija

9789993276968
Paperback

Only 2 left in stock

Description

Għas-sajf tal-2015, fl-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir ta’ Malta, Vincent Zammit, ipprepara 90 kitba qasira dwar diversi aspetti ta’ dan l-assedju biex jixxandru kuljum fuq Campus FM, ir-radju tal-Università. Il-kitba hi maħsuba biex tagħti informazzjoni qasira, imżejna b’ħafna inċidenti li forsi mhux dejjem kienu magħrufa sew. Ix-xewqa tal-awtur hi li jkun hemm għarfien aħjar ta’ dan l-episodju hekk importanti fl-istorja ta’ Malta. Il-ktieb hu miktub bil-Malti għax għadd li hemm ħafna kotba dwar l-Assedju, ħafna minnhom huma b’lingwi oħra, u ftit li xejn insibu kitbiet moderni bil-Malti bil-għan li jkun hemm aktar ċans li jinxtered u jkun moqri fost il-Maltin. L-illustrazzjonijiet li jakkumpanjaw il-kitba huma dettalji mill-inċiżjonijiet ta’ Antonio Francesco Lucini, li għamilhom fuq l-affreski li ħadem f’Malta Matteo Perez d’Aleccio li jinsabu jżejnu s-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-President.

Additional information

Weight 270 g
Dimensions 20.5 x 13.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993276968
Pages 200

Product categories and tags

SKU: 9789993276968