Description
Aċċess hu mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti biex iħejju ruħhom għall-ewwel karta tal-eżami tal-Malti fil-livell Ordinarju. Huwa ktieb bin-noti u b’eżerċizzji varji tal-grammatika, li jkopri s-sillabu tal-klassijiet kollha tas-Sekondarja u tal-Liċej u s-sillabu taċ-ĊES. Fih jinkludi:
- noti tal-grammatika;
- eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;
- sistema t’awtoassessjar biex tara fhimtx;
- sezzjoni fuq l-oral u gwida kif għandek twieġeb;
- sezzjoni fuq l-iżbalji l-iktar komuni tal-istudenti;
- punti kif tagħmel reviżjoni aħjar;
- aġġornat skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Għal aktar dettalji ara l-websajt www.charledanielsaliba.com