Description
It-tielet misteru għall-erba’ kuġini kurjużi!
Tista’ taħseb x’kurżità kellhom Emma, Lisa, Thomas u James biex, fi ftit jiem, jilħqu jiskopru l-ġmiel kollu ta’ Kemmuna.
Biss, l-eċitament tal-kuġini kompla jiżdied meta, bla mistenni, sabu numru ta’ laned bil-petrol, bosta nies misterjużi mistoħbijin fid-dlam, u fis-satra tal-lejl inzertaw ġejjin u sejrin ukoll speedboats kbar, skuri u b’muturi qawwija u b’saħħithom … ferm u ferm aktar mil-laneċ tal-pulizija.
Mhux ta’ b’xejn li f’ħakka t’għajn, il-kurżità tal-erba’ kuġini daħħlithom f’avventura oħra — fejn saħanistra xi ħadd minnhom sab ruħu jgħum fil-periklu f’nofs ta’ baħar … litteralment, f’ħalq il-mewt!







