Description
Ġabra oħra ta’ għoxrin novella mill-pinna ta’ Rita Saliba. Hemm nies li rifsu art fejn id-deheb jinġabar f’ponn mix-xmajjar… ħjiel ta’ riħa ta’ fjur tal-ġiżimina terġa’ tqanqlilna memorji li mingħalina kienu midfuna; ir-ritratti miġbudin waqt tieġ iħalluna nistaqsu dwar dak li writna mingħand ta’ qabilna.





