Description
“L-istorja tiegħi bdiet f’ġurnata simili bħall-oħrajn, imma b’differenza li kienet vaganza pubblika u għall-ferħ ta’ kulħadd, ħabtet il-ġurnata ta’ qabel tmiem il-ġimgħa.”
Il-ħajja għal Delilah Spiteri kienet tfisser trankwillità u monotonija. ta’ tmienja u għoxrin sena, abet ruħħa għadha msakkra ma’ familtha. Ma kienx bi pjaċir tagħha, imma d-destin hekk għoġbu.
Li ma kinitx taf Delilah hu, li ħajjitha se tieħu xejra interessanti meta b’kumbinazzjoni ltaqgħet ma’ Jake. Il-ġrajjiet ikomplu jikkumplikaw meta d-destin fetħilha bieb mill-passat u minnu feġġ Alex. F’daqqa waħda, ħajjitha tinbidel mil-lejl għan-nhar!
Bejn il-passat u l-futur, bejn li jiddettalha Sidha u s-sitwazzjonijiet prekarji u umoristiċi, Delilah kellha tieħu deċiżjoni!
