Description
Fir-rumanz il-kittieb jitnilef f’dinja tal-isħajil. Bħalma l-poeta jfisser x’hemm fil-ħsus ta’ qalbu fil-poeżija, l-istess jagħmel il-kittieb tar-rumanz, joħroġ mir-realtà biex jidħol fid-dinja tal-immaġinazzjoni.
M’hem xejn aktar tal-biża’ mill-injoranza fl-imħuħ li jaħsbu li huma superjuri għal ħaddieħor. Il-valuri tal-bniedem ma jitkejlux la bit-titli u lanqas bil-flus. Il- bniedem li jaħseb li hu b’saħħtu għax jaf minn fejn għandu jgħaddi. ftit jimpurtah li s-saħħa ma titkejjilx bl-għerf iżda bl-onestà.
X’jiġri meta l-liġi tiġi ferm immanipulata u Anjeża b’mod umiljanti titlef il-kustodja ta’ wliedha? Għaliex wara sena żewġha ġie lura u kompla jaħrabha? X’kellu f’qalbu Manuel għal martu, rabja jew tingiż fil-kuxjenza?