Description
Mat-tisbita, ħsieb wieħed biss għadda minn moħħi: Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija. Almenu dak huwa l-kliem eżatt li jużaw…
Esperjenza qarsa ħasdet lil Judith. Dak li emmnet li kien sod, sfaxxa f’radda ta’ salib. Ħassitha mitlufa u konfuża quddiem it-triq imħarbta li żewġha Raymond ħejja għaliha mingħajr il-kunsens tagħha. Imma d-destin fetħilha l-kaxxa tal-passat li ħasbet li kienet għalqet. Reġa’ tfaċċa dak l-anġlu bi ġwinħajn sodi li dejjem staq ikun maġenba. Mal-familja umoristika tagħha li ma tinbidel qatt, ma’ bintha li tħobb daqs il-mimmi t’għajnejha, ma’ xi ħbieb antiki u oħrajn ġodda, fl-aħħar Judith indunat li biex timxi ‘l quddiem kellha l-ewwel tfejjaq il-passat.

