Description
L-għan ta’ dan il-ktieb huwa li niltaqgħu ma’ Ġesù u li jkollna experjenza tiegħu li tbiddilkom. Min jista’ jbiddilkom? Ebda esseri uman ma jista’ jagħmel dan, kemm jekk ikun Malti kemm jekk ikun mill-Istati Uniti jew minn xi parti oħra tad-dinja. Huwa biss Ġesù li jista’ jagħmel għalikom waqt li qegħdin taqraw dan il-ktieb. Dan intom temmnuh?
PATRI ELIJA VELLA, Franġiskan Konventwal. Huwa awtur ta’ diversi kotba kemm bil-Malti kif ukoll b’lingwi oħra. Illum Patri Elija huwa wieħed mill-aktar eżorċisti magħruf f’Malta u barra minn Malta. Patri Elija ppubblika bosta titli mid-Dar Editriċi Reliġjon u Ħajja.









