Fixkiltni Mulej!

9789990947953
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Illum nafu kemm m’għandna ħin għal xejn. Kultant tiġina bi tqila naqraw artikli twal u iżjed u iżjed kotba. U forsi ħafna nies, kotba ta’ din l-għamla, jaslu iżjed malajr biex jaqrawhom. Jerġa’, kultant nimmaġinaw li biex tkun spiritwali, trid tkun persuna b’geddumek twil sal-art. Għall-kuntrarju, jien dejjem nimmaġina ‘l Ġesù jgħid xi ċajta lill-Appostli u hu stess ifaqqa’ xi daħka. Għaliex le? Ma naħsibx li kien dejjem bil-geddum. Hu qalilna li ġie biex iġibilna l-ferħ, u ferħ bil-kotra.

Hu għalhekk li fl-istejjer tiegħi nipprova nkun xi ftit umoristiku. U meta dan il-ktieb jiġi f’idejk, nittama li jseħħli nġiegħel lilek ukoll iċċarrat ftit ħalqek. Naturalment… mat-tbissima li nipprova nisraq mingħandek, ħallini mbagħad nitimgħek l-ikel bnin tal-Vanġelu.

Additional information

Weight 220.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 160
ISBN 9789990947953
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789990947953 Categories: