Description
MUR EMNEK, MULEJ! huwa ktieb ieħor fis-sensiela ta’ kotba, li l-għan tagħhom huwa wieħed – dak li jwassal “il-Kelma”. L-istil ta’ Patri Elija issa kulħadd huwa midħla tiegħu. Il-Ktieb fih ġabra ta’ stejjer, rakkonti, ħrejjef u ġrajjiet meħudha mill-ħajja ta’ kuljum. Huma l-parabboli ta’ żmienna. Parabboli bħalma kienu dawk ta’ Ġesù. Parabboli sempliċi, li jifhimhom kulħadd bi kliem ċar u tond, mingħajr tidwir u li jolqot fil-laħam il-ħaj. Stejjer li joħolqu tbissima, bi kliem ħelu, imma bis-sens. Parabboli li jistiednu għar-riflessjoni u għall-indiema. Rakkonti li jagħtu kuraġġ, jibnu, ifejqu, jeħilsu lil min jaqrahom. Huma ġrajjiet li jkabbru l-fidi ta’ min jaqrahom jew jismagħhom.
P. Thomas Calleja, mill-Preżentazzjoni tal-Ktieb






