Zwiemel tar-Rih

Paperback

In stock

Description

F’din il-ġabra ta’ novelli niltaqgħu ma’ nies tad-demm u l-laħam bil-ferħ u n-niket tagħhom. Bl-imħabba li ddawlilhom ħajjithom u l-mibegħda li tikolhom irqiq irqiq. Bil-fantasiji sesswali, il-passjonijiet, l-intriċċi u l-filosofiji tagħhom. Imma wkoll bis-sagrifiċċji u l-ħolm etern. Fihom kollha hemm tlebleb ix-xewqa li jerfgħu rashom mill-ilma, li jħeffu s-slaleb li sawru b’idejhom, li joftqu l-inforra tal-problemi tar-relazzjonijiet familjari u soċjali, li forsi jindafu mit-tidlik tat-tagħsida li għassdu fil-ħajja. Nies li haslu għal kollox u oħrajn vittmi tad-daqqiet ta’ ħarta tal-ħajja, tal-intriċċi ta’ ħaddieħpr, tal-kundizzjonijiet psikiċi tagħhom…

Dawn in-novelli jeħduna fi vjaġġ ma’ karattri diversi li nafuhom għax jistgħu jkunu mera tagħna. F’ambjenti li nagħrfuhom għax huma l-irqajja’ fejn ngħixu aħna. Nitbissmu u naqsmu x-xalata tal-ħajja magħhom. Forsi nħossu wkoll il-weġgħa kif iħossuha huma. U nimxu l-pellegrinaġġ magħhom.

Additional information

Weight 300.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 200
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993209263 Categories: