Żweli

Il-Bidwi ta' Ħ'Attard

9789918000609
Paperback

Description

“Kull xiħ, kull xiħa li jħallu jieħdu magħhom tagħrif qadim ta’ Malta qadima…” ⛏ ŻWELI, L-BIDWI TA’ Ħ’ATTARD, hu l-isem ta’ ktieb mill-pinna ta’ JOSEPH BUSUTTIL, li jwassal ġrajja mexxejja u mill-isbaħ fuq is-soċjetà Maltija tal-imgħoddi. Hu xhieda ta’ ħajja Maltija fl-imgħoddi riċenti li l-qarrej adult sa jintebaħ li spiċċat għalkollox mill-irħula tagħna għax f’lokha daħal il-moderniżmu li bidel mhux biss il-mod ta’ għajxien imma wkoll it-taħdit tagħna, ix-xogħol tagħna u saħansitra l-mod kif inħarsu lejn l-ambjent.

JOSEPH BUSUTTIL intebaħ bil-bżonn li jiddokumenta l-ħajja twila ta’ zijuh Żweli ta’ disgħin sena. Ma’ kull xiħ u kull xiħa li jitilqu mis-soċjetà tagħna, jieħdu magħhom esperjenzi u tifkiriet li huma imprezzabbli għaliex juru lilna u lil soċjetajiet tal-futur minn fejn tlaqna u x’konna bit-tama li l-katina tal-identità tagħna ma tinqatax.

BUSUTTIL iwassal għadd kbir ta’ avventuri u azzjonijiet b’Malti mirqum u mexxej. Żweli hu x-xiħ li jirrifletti dwar l-esperjenzi ta’ ħajtu, jitkellem u jwiddeb, jitlobna li nżommu fi kliemu bħala xiħ u niftakru f’art li kienet u issa tbiddlet għalkollox. Jistedinna bħalma jafu jagħmlu x-xjuħ kollha, li nidħlu fil-ġrajja nostalġika tal-ħajja madwar iz-zuntier u waqt gwerra qalila wiċċ imb wiċċ mal-mewt.

Żweli jaf li l-ħajja trid tibqa’ għaddejja – imma mogħnija b’żieda ta’ għerf u valuri mġedda. JOSEPH BUSUTTIL ipinġi lix-xwejjaħ Żweli bħala bniedem elokwenti li juri li jekk aħna ma napprezzawx dak li Alla tana, u ma nkunux nafu mnejn tlaqna, ma nkunu nistgħu qatt insibu fejn irridu naslu bħala ġens.

Żweli hu wieħed mill-aħħar bdiewa ta’ Ħ’Attard u jitfa’ dawl qawwi fuq il-ġrajja soċjali u t-tibdiliet kbar li ġarrab dan ir-raħal. Il-ktieb fih 214 paġna jinkludi ritratti nostalġiċi ta’ soċjetà mgoddija, Jinkludi kumment kritiku ta’ Paul P. Borg.

Additional information

Weight 410 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 222
ISBN 9789918000609

Product categories and tags

SKU: 9789918000609