Żgorg Ħabib minn Dinja Oħra – Finali Spazjali

Lest għal vjaġġ inkredibbli sa dinja oħra?

9789990917574
Paperback

In stock

Description

Ġanni huwa tifel b’sigriet speċjali: il-ħabib tiegħu Żgorg, li jgħix fi tpinġija li għandu f’kamartu. Meta jħossu mxebba’ jew imdejjaq, Ġanni jgħaddi minn ġo din it-tpinġija u jmur fuq il-pjaneta Żorik fejn ikollu avventuri spettakolari. Fid-dinja ta’ Żgorg, l-immaġinazzjoni m’għandiex limitu.

Meta t-tpinġija ta’ fuq il-ħajt tieħu l-ħajja, Ġanni jsib ruħu fuq il-pjaneta Żorik, f’nofs logħba futbol! Kif se jħossu, jilgħab fuq pjaneta oħra? U min huma dawk il-kreaturi, uħud ċkejknin u wħud enormi? Tgħid se jilgħab tajjeb jew se jaqa’ għaċ-ċajt?

Ingħaqad ma’ Ġanni u Żgorg għal din il-logħba futbol li żgur qatt ma rajt bħalha!

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 24 × 24 cm
Author ,
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789990917574
Pages 26

Product categories and tags

SKU: 9789990917574 Categories: Tags: