Naqra Naqra – Sett

Paperback

Sett ta’ 5 kotba

In stock

Description

Fenegriz u l-għalqa tal-karrotti
Fenegriż kien fenek salvaġġ, jgħix ftit ‘il bogħod minn għalqa tal-karrotti li ma kien jaf biha ħadd ħliefu. Darba waħda, hu u sejjer lura lejn il-bejta tiegħu, iltaqa’ ma’ Fenekan. Dan daħħalha f’rasu li jeħodlu l-karrotti u jiskopri fejn hi l-għalqa. Tgħid jirnexxilu jidħak bih u jsir jaf fejn tinsab l-għalqa tal-karrotti?
Ella u l-frott
Ella tħobbu ħafna l-frott. Il-mamà xtaqet tagħmel torta tal-frott. Iżda l-frott ma kien jidher imkien.
Tgħid x’sar minnu l-frott?
Ilmina u l-vit tal-iskola
Waqt ħalba xita, Ilmina u sħabha niżlu ġol-bitħa tal-iskola. Ilmina tiltaqa’ ma’ Toni u tidħol miegħu fl-iskola.
Tgħid x’jagħmel ħażin Toni?
X’tgħidlu Ilmina biex tgħinu jifhem li qed jiżbalja?
Is-sistema Solari – l-Avventura tal-Kometa Halley
Jiena l-kometa Halley. Mill-bogħod, fid-dlamijiet tal-univers, ix-xemx qisha farka ta’ djamant. Qatt ma bsart xi ġmiel ta’ pjaneti hemm iduru magħha. Mela għax ma tiġux miegħi f’din l-avventura u niskopruhom flimkien?
L-Istorja ta’ Pizu
Piżu jiekol ikel mhux tajjeb għas-saħħa u ma jagħmilx eżerċizzju. B’hekk dejjem jaqta’ nifsu u jħossu waħdu. Iżda fil-ħajja qatt mhu tard biex ninbidlu għall-aħjar…

Additional information

Weight 600 g
Dimensions 28 x 21.5 cm
Cover
Publisher
Year of publication
Pages 16

Product categories and tags

SKU: NAQRASETT Categories: