Description
Żewġ anzjani Salvu u martu Vanda huma xempju tal-ħajja tal-anzjani Maltin fiż-żminijietna. Huma jħarsu lura f’ħajjithom. Salvu kien tilef lill-ewwel mara tiegħu f’inċident. Vanda tilfet lil oħtha fil-Ġermanja. It-tnejn jinsabu fil-ħarifa ta’ ħajjithom jiffaċċjaw il-problemi tal-ħajja. Fl-aħħar Vanda titlef il-ġlieda mal-mewt wara żmien tgħix f’dimensja qalila. Salvu jħares mit-tieqa jara x-xita nieżla u jiftakar fix-xitwa ta’ ħajtu li dejjem iħossha riesqa lejh. il-kappillan jipprova jwennishom u jimliehom dejjem bit-tama.
